Our website is made possible by displaying online advertisements to our visitors.
Please consider supporting us by disabling your ad blocker.

Responsive image


Insettivoru

Mostru gila, tip ta' gremxula eżempju ta' rettilu Insettivoru

Insettivoru (mil-Latin "insectum" - insetti li tfisser insett u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal b' dieta li tkun tikkonsisti primarjament jew esklużivament mill-insetti u annimali żgħar oħrajn (eżempju brimb u skorpjuni). Annimali li jieklu primarjament jew esklużivament insetti, jissejħu insettivori obligati.

Il-kelma tirreferi ukoll għal mammiferi ta' l-ordni Insectivora (li llum il-ġurnata huwa maqsum f' bosta ordnijiet), li numru minnhom inzerta jiekol l-insetti iżda mhux kollha u bħal ma hemm ħafna speċi ta' l-ordni Carnivora li huma omnivori (u 2 minnhom il-panda ġgant u l-panda ż-żgħir jew il-panda l-aħmar huma erbivori), tant ieħor hemm membri tal-ordni Insectivora li ma jieklux insetti.

L-Insettivori bħal pixxivori huma annimali karnivori speċjalizzati u bħal ma' dawn ta' l-aħħar jispeċċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva tal-ħut, l-insettivori jispeċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva ta' l-insetti.

Hemm ukoll kemm il-ġeneru u ftit mijjiet ta' speċi ta' pjanti insettivori. Dawn ġeneralment jikbru f' ħamrijja fqira minn nitroġenu u b' hekk biex ipattu għal dan in-nuqqas jikkunsmaw l-insetti. Teknikament dawn mhumiex insettivori obligati, għax jistgħu jikkunsmaw, kull annimal żgħir li kapaċi jinqabbad fin-nassa tagħhom. Fl-akbar speċi ta' pjanti insettivori instabu kemm il-darba roditturi u rettili żgħar.


Previous Page Next Page






حاشر (حيوان) Arabic Insectívoru AST Amprevanetaer BR Insectivorisme Catalan Hmyzožravost Czech Εντομοφάγο Greek Insectivore English Insektomanĝulo EO Insectívoro Spanish Intsektujale EU

Responsive image

Responsive image