Karnivoru (mil-Latin "carne" - karni li tfisser laħam u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal b' dieta li tikkonsisti primarjament jew esklużivament mill-laħam kemm ta' annimali ħajjin kif ukoll mejtin. Annimali li jieklu esklużivament laħam jissejħu karnivori obligati.
Il-kelma Karnivoru xi drabi tirreferi għall-mammiferi tal-ordni Carnivora, imma din tista' tkun kawża ta' konfużżjoni. Għalkemm ħafna Carnivora jaqblu sewwa ma' din id-definizzjoni għax jieklu l-laħam esklużivament, dan mhux veru ghal kollha. Pereżempju l-ors huwa ta' membru ta' l-ordni Carnivora imma mhux karnivoru fis-sens ta' dieta. Il-karnivori bħall-erbivori hemm minnhom speċjalizzati per eżempju dawk li jieklu primarjament jew esklużivament insetti, jissejħu insettivori, u dawk li jieklu primarjament jew esklużivament ħut u dawn jissejħu pixxivori.
Hemm ukoll kemm il-ġeneru ta' ftit mijiet ta' speċi ta' pjanti karnivori. Il-maġġoranza ta' dawn huma primarjament tal-ispeċjalizzazjoni ta' karnivoriżmu insettivori.