Fiż-Żooloġija, Pixxivoru (mil-Latin "piscis" - "pixxi-" li tfisser ħuta u "vorare" - "-voru" li tfisser tibla u taħtaf l-ikel), ħafna drabi hija definita bħala kwalunkwe organiżmu li jiekol il-ħut u hija dieta karrnivora speċċjalizzata. Dawn l-annimali normalment huma selettivi ħafna jew jagħżlu bir-reqqa u jkunu jieklu ftit speċi biss.