Sit ta' Wirt Dinji (l-isem uffiċjali kif jidher fuq il-plakka tas-Siti ta' Wirt Dinji f'Malta u Għawdex) huwa sit ikoniku jew żona bi protezzjoni legali permezz ta' konvenzjoni internazzjonali amministrata mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO). Is-Siti ta' Wirt Dinji jiġu deżinjati mill-UNESCO talli jkunu sinifikanti kulturalment, storikament, xjentifikament jew għal xi mod ieħor. Is-siti jiġu ġġudikati bħala "wirt kulturali u naturali madwar id-dinja ta' valur straordinarju għall-umanità".[2] Sabiex sit jintgħażel bħala Sit ta' Wirt Dinji jrid b'xi mod ikun sit ikoniku uniku, li jkun identifikabbli ġeografikament u storikament, u jkollu xi karatteristika speċjali sinifikanti kulturalment jew fiżikament. Pereżempju, is-Siti ta' Wirt Dinji jistgħu jkunu fdalijiet antiki jew strutturi storiċi, binjiet, bliet[3] (fl-1978 Quito, l-Ekwador, u Krakovja, il-Polonja, kienu l-ewwel żewġ bliet sħaħ li ġew iddikjarati bħala Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO), deżerti, foresti, gżejjer, lagi, monumenti, muntanji, jew żoni b'natura selvaġġa.[4][5] Sit ta' Wirt Dinji jista' jirrappreżenta kisba notevoli tal-umanità, u jservi bħala evidenza tal-istorja intellettwali tagħna fid-dinja, jew ikun post ta' ġmiel naturali kbir.[6] Minn Lulju 2021, jeżistu 1,154 Sit ta' Wirt Dinji (897 sit kulturali, 218-il sit naturali, u 39 sit ‘imħallat', jiġifieri jkun hemm kulturali kif ukoll naturali) f'167 pajjiż. L-Italja, b'60 sit, hija l-pajjiż bl-ikbar ammont ta' Siti ta' Wirt Dinji, segwita miċ-Ċina b'59 sit.[7]
Il-ħsieb wara s-siti huwa li jiġu kkonservati għall-posterità, għaliex inkella jissograw iġarrbu xi ħsara mill-aċċess mhux sorveljat, mhux kontrollat jew mhux ristrett tal-annimali jew tal-bniedem, jew ikunu mhedda minħabba xi negliġenza amministrattiva lokali. Is-siti jiġu ddemarkati mill-UNESCO bħala żoni protetti. Il-lista tas-siti jieħu ħsiebha l-Programm tal-Wirt Dinji amministrat mill-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, magħmul minn 21 Stat Membru li jiġu eletti mill-Assemblea Ġenerali tagħhom.[8] Il-Programm jikkataloga, jelenka u jikkonserva s-siti ta' importanza kulturali jew naturali straordinarja għall-kultura u għall-wirt komuni tal-umanità. Il-Programm ingħata bidu mill-"Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji"[9], li ġiet adottata mill-Konferenza Ġenerali tal-UNESCO fis-16 ta' Novembru 1972. Minn dak iż-żmien 'l hawn, 193 Stat Membru rratifikaw il-Konvenzjoni, li titqies bħala wieħed mill-iktar ftehimiet internazzjonali rrikonoxxuti l-iktar madwar id-dinja u bħala wieħed mill-iktar programmi kulturali popolari fid-dinja.[10] Dawn l-Istati Membri huma maqsuma f'ħames żoni/reġjuni tad-dinja: l-Afrika, l-Istati Għarab, l-Asja u l-Paċifiku, l-Ewropa u l-Amerka ta' Fuq, u l-Amerka Latina u l-Karibew.
|koawturi=
u |aċċess=
(għajnuna)
|koawturi=
u |aċċess=
(għajnuna)
|aċċess=
u |koawturi=
(għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
|koawturi=
u |aċċess=
(għajnuna)
|koawturi=
u |aċċess=
(għajnuna)
|koawturi=
u |aċċess=
(għajnuna)
|koawturi=
u |aċċess=
(għajnuna)