UNESCO

Il-logo tal-UNESCO

L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO)[1] hija aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) bl-għan li tippromwovi l-paċi u s-sigurtà fid-dinja permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-edukazzjoni, fix-xjenzi u fil-kultura.[2][3] Fiha 193 Stat Membru u 11-il Membru Assoċjat[4], kif ukoll sħab fis-settur mhux governattiv, dak intergovernattiv u dak privat.[5] L-UNESCO għandha l-kwartieri ġenerali f’Pariġi, Franza, kif ukoll 53 uffiċju reġjonali[6] u 199 kummissjoni nazzjonali[7] madwar id-dinja li jiffaċilitaw il-mandat globali tagħha.

L-UNESCO ġiet imwaqqfa fl-1945 bħala suċċessur tal-Kumitat Internazzjonali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Lega tan-Nazzjonijiet.[8] Il-kostituzzjoni tagħha tistabbilixxi l-għanijiet tal-aġenzija, l-istruttura tal-governanza, u l-qafas tal-ħidma tagħha. Il-missjoni tat-twaqqif tal-UNESCO, li ssawret mit-Tieni Gwerra Dinjija, hi l-promozzjoni tal-paċi, tal-iżvilupp sostenibbli u tad-drittijiet tal-bniedem billi jiġu ffaċilitati l-kollaborazzjoni u d-djalogu fost in-nazzjonijiet.[9] Tipprova tilħaq dan l-objettiv permezz ta’ ħames oqsma ta’ programmi ewlenin: l-edukazzjoni, ix-xjenzi naturali, ix-xjenzi soċjali/umani, il-kultura u l-komunikazzjoni/informazzjoni. L-UNESCO tisponsorja proġetti li jtejbu l-litteriżmu, li jipprovdu t-taħriġ tekniku u l-edukazzjoni, li jmexxu x-xjenza ’l quddiem, li jipproteġu l-mezzi tax-xandir indipendenti u l-libertà tal-istampa, li jippreservaw l-istorja reġjonali u kulturali, u li jippromwovu d-diversità kulturali.

Il-bandiera tal-UNESCO

Bħala punt fokali għall-kultura u għax-xjenza dinjin, l-attivitajiet tal-UNESCO ġew imwessgħin matul is-snin biex jinkludu l-assistenza fit-traduzzjoni u fid-disseminazzjoni tal-letteratura dinjija, l-istabbiliment ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali biex jitħarsu s-Siti ta’ Wirt Dinji li jkollhom importanza kulturali u naturali, id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, it-tnaqqis tad-distakk diġitali madwar id-dinja, u l-ħolqien ta’ soċjetajiet inklużivi tal-għarfien permezz tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.[10] L-UNESCO nediet diversi inizjattivi u movimenti globali, fosthom l-Edukazzjoni Għal Kulħadd, sabiex tkompli tilħaq l-objettivi ewlenin tagħha.

Il-governanza tal-UNESCO titmexxa permezz tal-Konferenza Ġenerali, li hija magħmula minn Stati Membri u minn Membri Assoċjati. Din il-Konferenza titlaqqa’ darbtejn fis-sena sabiex jiġu stabbiliti l-programmi u l-baġit tal-aġenzija. Teleġġi wkoll il-membri tal-Bord Eżekuttiv, li jiġġestixxi l-ħidma tal-UNESCO, u kull erba’ snin taħtar Direttur Ġenerali, li jaqdi r-rwol tal-kap amministratur tal-UNESCO. L-UNESCO hija membru tal-Grupp tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp[11], li huwa koalizzjoni ta’ aġenziji u ta’ organizzazzjonijiet tan-NU bit-tir li jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli.

  1. ^ "UNESCO". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  2. ^ ""Introducing UNESCO"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  3. ^ ""UNESCO's history"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  4. ^ ""List of UNESCO members and associates"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  5. ^ ""Partnerships"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  6. ^ ""Field Office"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  7. ^ ""National Commissions"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  8. ^ Grandjean, Martin (2018). Les réseaux de la coopération intellectuelle. La Société des Nations comme actrice des échanges scientifiques et culturels dans l'entre-deux-guerres [In-Networks tal-Kooperazzjoni Intellettwali. Il-Lega tan-Nazzjonijiet bħala Attur tal-Iskambji Xjentifiċi u Kulturali fil-Perjodu bejn iż-Żewġ Gwerer Dinjin]. https://tel.archives-ouvertes.fr/tel-01853903/documentLausanne: Université de Lausanne.
  9. ^ ""UNESCO. General Conference, 39th, 2017 [892]"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  10. ^ ""UNESCO • General Conference; 34th; Medium-term Strategy, 2008-2013; 2007"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  11. ^ ""UNDG Members"". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-11. Miġbur 2021-01-24. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |koawturi= (għajnuna)

UNESCO

Dodaje.pl - Ogłoszenia lokalne